Kundizzjonijiet għall-użu

Is-Sit tal-Arkivji tal-Ewropa hu maħsub biex jgħin u jħeġġeġ it-tiftix fl-Arkivji. Is-Sit jiġbor fih sorsi pprovduti minn istituzzjonijiet arkivistiċi pubbliċi u kull istituzzjoni hi responsabbli għat-tagħrif (data) li toffri. Tista' ssib il-lista tal-istituzzjonijiet li qegħdin jipparteċipaw hawn. Wieħed jista' juża t-tagħrif (data) fuq is-Sit tal-Arkivji tal-Ewropa bil-kundizzjoni li wieħed jagħti ċitazzjoni u jagħmel riferenza għas-sors. Fil-każ tat-tagħrif minn Spanja, l-użu pubbliku tat-tagħrif hu possibli wara l-iffirmar ta' ftehim mal-istituzzjoni li tkun ipprovdiet il-materjal. Jekk jogħġbok, tagħmilx użu għal skoppijiet kummerċjali mill-materjal ipprovdut mingħajr il-permess espliċiti – bil-miktub u miksub minn qabel – mingħand min ipprova t-tagħrif (data). Is-Sit tal-Arkivji tal-Ewropa mhux responsabbli ta' kontenut għal siti elettroniċi magħquda miegħu. Wieħed jista' jiltaqa' ma żbalji/nuqqasijiet fis-Sit. Is-Sit tal-Arkivji tal-Ewropa jagħmel mill-aħjar biex isewwi dan – jekk trid tibgħatilna xi kumment għafas fuq formola biex tikkuntattjana.